Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu II Artikolu 7

Artikolu 7 · Kondizzjonijiet għal kunsens

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kunsens

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jkun kapaċi juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens.

Talba għal kunsens f’dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonċerna wkoll kwistjonijiet oħra għandha tkun distinta b’mod ċar, f’forma li tinftiehem u faċilment aċċessibbli u b’lingwaġġ ċar u sempliċi.

Is-suġġett tad-data jista’ jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin, bl-istess faċilità li biha ngħata, mingħajr ma jintlaqat l-ipproċessar ta’ qabel, u għandu jiġi infurmat b’dan minn qabel.

Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ingħatax liberament, jittieħed kont bl-akbar reqqa, fost l-oħrajn, ta’ jekk it-twettiq ta’ kuntratt, inkluż il-forniment ta’ servizz, huwiex kondizzjonali fuq kunsens għal ipproċessar li mhux meħtieġ għal dak il-kuntratt.

Kondizzjonijiet għal kunsens Kondizzjonijiet għal kunsens, fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens. Il-kontrollur għandu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens. Jekk il-kunsens jingħata f’dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonċerna wkoll kwistjonijiet oħra, it-talba għall-kunsens għandha tkun tista’ tingħaraf b’mod ċar mill-kwistjonijiet l-oħra, f’forma li tinftiehem u faċilment aċċessibbli, b’lingwaġġ ċar u sempliċi. Is-suġġett tad-data jista’ jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, u l-irtirar għandu jkun faċli daqs l-għoti tal-kunsens; is-suġġett tad-data jiġi infurmat b’dan qabel ma jagħti l-kunsens; l-irtirar ma jaffettwax il-legalità tal-ipproċessar ta’ qabel. Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ingħatax b’mod liberu, jitqies bl-akbar reqqa jekk, fost l-oħrajn, it-twettiq ta’ kuntratt, inkluż il-forniment ta’ servizz, ikunx kondizzjonali fuq kunsens għal ipproċessar li ma jkunx meħtieġ għal dak il-kuntratt. jekk: ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens il-kontrollur għandu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens f’dikjarazzjoni bil-miktub fuq affarijiet oħra: talba li tingħaraf b’mod ċar, li tinftiehem, faċilment aċċessibbli, b’lingwaġġ ċar u sempliċi irtirar f’kull ħin, faċli daqs l-għoti infurmat b’dan minn qabel; l-ipproċessar ta’ qabel jibqa’ legali mogħti liberament? bl-akbar reqqa: kuntratt kondizzjonali fuq kunsens mhux meħtieġ għalih?

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 7verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 7

Kondizzjonijiet għal kunsens

1.  
Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jkun jista' juri li s-suġġett tad-data ta kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu.
2.  
Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jingħata fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjonijiet oħra, it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jingħaraf b'mod ċar mill-kwistjonijiet l-oħra, f'forma intelliġibbli u li tkun faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. Kwalunkwe parti minn tali dikjarazzjoni li tikkostitwixxi ksur ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tkun vinkolanti.
3.  
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel ma dan jiġi rtirat. Qabel ma jagħti l-kunsens, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat b'dan. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqs kemm li dan jingħata.
4.  
Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ikunx ingħata b'mod liberu, għandu jittieħed kont sħiħ tal-fatt jekk, inter alia, l-eżekuzzjoni ta' kuntratt, inkluż il-provvista ta' servizz, tkunx kondizzjonata fuq il-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali li ma jkunx meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta' dak il-kuntratt.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 32 Il-kunsens għandu jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament…
  • Premessa 42 Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista' juri li…
  • Premessa 43 Sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' kunsens b'mod liberu, il-kunsens ma għandux jipprovdi raġuni legali valida…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • kunsens

    “kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

    Article 4, point (11)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…