Kapitolu IX Artikolu 86
Artikolu 86 · Ipproċessar u aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Data personali f’dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika, korp pubbliku jew korp privat għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku tista’ tiġi żvelata minn dik l-awtorità jew minn dak il-korp f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li hija jew huwa soġġett għaliha.
L-iżvelar iservi biex jiġi rrikonċiljat l-aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament.
It-test tal-Artikolu 86verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 86
Ipproċessar u aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali
Id-data personali f'dokumenti uffiċjali miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jew korp privat għat-twettiq ta' kompitu li jitwettaq fl-interess pubbliku tista' tiġi żvelata mill-awtorità jew il-korp f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li għaliha tkun soġġetta l-awtorità jew il-korp pubbliku sabiex jiġi rikonċiljat l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali mad-dritt għall-protezzjoni ta' data personali skont dan ir-Regolament.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 154 Dan ir-Regolament jippermetti li jittieħed kont tal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)