Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu II Artikolu 8

Artikolu 8 · Kondizzjonijiet applikabbli għall-kunsens ta' minorenni fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Minorenni

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens skont l-Artikolu 6(1)(a) u servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jiġu offruti direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-data personali tal-minorenni huwa legali jekk il-minorenni jkollu mill-inqas 16-il sena.

Taħt is-16-il sena, huwa legali biss jekk u safejn il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur fuq il-minorenni; l-Istati Membri jistgħu jipprevedu b’liġi età aktar baxxa, iżda mhux inqas minn 13-il sena.

Il-kontrollur għandu jagħmel sforzi raġonevoli, b’kont meħud tat-teknoloġija disponibbli, biex jivverifika li tali kunsens ingħata jew ġie awtorizzat, u l-liġi ġenerali tal-kuntratti tal-Istati Membri ma tintlaqatx.

Il-kunsens ta’ minorenni online Il-kunsens ta’ minorenni għal servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jiġu offruti direttament lil minorenni: jekk il-minorenni jkollu 16-il sena jew aktar, l-ipproċessar ikun legali bil-kunsens tal-minorenni nnifsu; jekk il-minorenni jkollu anqas minn 16-il sena, l-ipproċessar ikun legali biss jekk u sa fejn il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur fuq il-minorenni. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu bil-liġi età aktar baxxa, mhux inqas minn 13-il sena. Il-kontrollur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jivverifika li l-kunsens ikun ingħata jew ġie awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur, b’kont tat-teknoloġija disponibbli. Il-liġi ġenerali tal-kuntratti tal-Istati Membri ma tiġix affettwata. jekk: kunsens, u servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni offruti lil minorenni taħt 16 16 jew aktar Minorenni kunsens mogħti jew awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur Minorenni kunsens tal-minorenni jistgħu Stati Membri: età aktar baxxa bil-liġi, mhux inqas minn 13 Kontrollur sforzi raġonevoli biex jivverifika b’kont tat-teknoloġija disponibbli
Meta l-kunsens ikun il-bażi u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jiġu offruti direttament lil minorenni, minorenni taħt is-16-il sena jeħtieġ kunsens mogħti jew awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur; l-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età sa mhux inqas minn 13-il sena. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 8verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 8

Kondizzjonijiet applikabbli għall-kunsens ta' minorenni fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni

1.  
Fejn ikun japplika l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), fir-rigward tal-offerta ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-data personali ta' minorenni jkun skont il-liġi fejn il-minorenni jkollu mill-inqas l-età ta' 16-il sena. Fejn il-minorenni jkollu anqas minn 16-il sena, tali pproċessar ikun legali biss jekk, u sal-punt li, il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal età inqas għal dawk il-finijiet sakemm tali età inqas ma tkunx inqas minn 13-il sena.

2.  
Il-kontrollur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jivverifika f'tali każijiet li l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur fuq il-minorenni, b'kont meħud tat-teknoloġija disponibbli.
3.  
Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt ġenerali tal-Istati Membri dwar il-kuntratti bħar-regoli dwar il-validità, it-tiswir jew l-effett ta' kuntratt fir-rigward ta' minorenni.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 38 Il-minorenni jixirqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tad-data personali tagħhom, minħabba li dawn…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • kunsens

    “kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

    Article 4, point (11)

  • servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni

    “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser servizz kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ();

    Article 4, point (25)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…