Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu II Artikolu 9

Artikolu 9 · Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kunsens, Kategoriji speċjali ta’ data personali

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

L-ipproċessar ta’ data personali li jiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union, u ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, u data dwar is-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali huwa projbit.

Il-paragrafu 2 ineħħi l-projbizzjoni f’għaxar każijiet:

1. (a) kunsens espliċitu, sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru ma teskludihx;
2. (b) il-liġi dwar l-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali, kif awtorizzat bil-liġi jew bi ftehim kollettiv b’salvagwardji;
3. (c) interessi vitali fejn is-suġġett tad-data ma jkunx kapaċi fiżikament jew legalment jagħti l-kunsens;
4. (d) ċerti korpi mingħajr skop ta’ qligħ, għall-membri u l-kuntatti regolari tagħhom;
5. (e) data li s-suġġett tad-data jkun manifestament għamel pubblika;
6. (f) talbiet legali u qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;
7. (g) interess pubbliku sostanzjali;
8. (h) mediċina u kura tas-saħħa jew soċjali;
9. (i) saħħa pubblika; u
10. (j) arkivjar, riċerka jew statistika.

Il-każijiet (g) sa (j) huma kull wieħed ibbażati fuq il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru b’salvagwardji (għall-mediċina u l-kura, ukoll kuntratt ma’ professjonist tas-saħħa).

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu kondizzjonijiet ulterjuri, inklużi limitazzjonijiet, għad-data ġenetika, id-data bijometrika jew id-data dwar is-saħħa.

Kategoriji speċjali ta’ data personali Kategoriji speċjali ta’ data personali. L-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union, u ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika huwa projbit, ħlief jekk japplika wieħed minn għaxar każijiet, kull wieħed bil-kondizzjonijiet u s-salvagwardji tiegħu: (a) kunsens espliċitu, ħlief jekk il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tipprevedi li l-projbizzjoni ma tistax titneħħa; (b) il-liġi tal-impjiegi, tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali, kif awtorizzat bil-liġi jew bi ftehim kollettiv b’salvagwardji; (c) interessi vitali fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; (d) korpi mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew ta’ trade union, għall-membri, l-ex membri u l-kuntatti regolari; (e) data magħmula manifestament pubblika mis-suġġett tad-data; (f) talbiet legali, jew qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom; (g) interess pubbliku sostanzjali abbażi tal-liġi; (h) mediċina preventiva jew okkupazzjonali, dijanjożi medika, kura tas-saħħa jew kura soċjali; (i) is-saħħa pubblika; (j) arkivjar fl-interess pubbliku, riċerka xjentifika jew storika jew statistika. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu kondizzjonijiet ulterjuri, inklużi limitazzjonijiet, għal data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa. l-ipproċessar ta’ din id-data huwa projbit oriġini razzjali jew etnika opinjonijiet politiċi twemmin reliġjuż jew filosofiku sħubija fi trade union data ġenetika data bijometrika għal identifikazzjoni unika data dwar is-saħħa ħajja sesswali jew orjentazzjoni sesswali ħlief jekk japplika wieħed minn dawn: kull wieħed bil-kondizzjonijiet u s-salvagwardji tiegħu (a) kunsens espliċitu, ħlief jekk il-liġi teskludih (b) liġi tal-impjiegi, sigurtà u protezzjoni soċjali (c) interessi vitali, jekk ma jistax jagħti kunsens (d) korpi mingħajr skop ta’ qligħ: membri, kuntatti (e) magħmula manifestament pubblika mis-suġġett (f) talbiet legali; qrati fil-kapaċità ġudizzjarja (g) interess pubbliku sostanzjali, bil-liġi (h) mediċina, kura tas-saħħa jew soċjali (i) saħħa pubblika (j) arkivjar, riċerka jew statistika jistgħu Stati Membri: kondizzjonijiet ulterjuri għal data ġenetika, bijometrika, dwar is-saħħa
L-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ data personali huwa projbit sakemm ma japplikax wieħed mill-għaxar każijiet tal-Artikolu 9(2), kull wieħed bil-kondizzjonijiet tiegħu. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 9verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 9

Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali

1.
L-ipproċessar ta' data personali, li jiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b'mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika huma projbiti.
2.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta' dik id-data personali għal fini speċifiku wieħed jew aktar, għajr fejn il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-data;

(b)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi u l-eżerċizzju ta' drittijiet speċifiċi tal-kontrollur jew tas-suġġett tad-data fil-qasam tal-liġi dwar l-impjiegi u dwar il-protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali sa fejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta' Stat Membru jew minn ftehim kollettiv skont il-liġi ta' Stat Membru li jipprevedu salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

(c)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna fiżika oħra fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens;

(d)

l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tiegħu b'salvagwardji adatti minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta' qligħ b'għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew ta' trade union u bil-kondizzjoni li l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew ex membri tal-korp jew ma' persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b'rabta mal-finijiet tiegħu u li d-data personali ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data;

(e)

l-ipproċessar ikun relatat ma' data personali li b'mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-data;

(f)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali jew kull darba li l-qrati jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;

(g)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u tipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

(h)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta' mediċina preventiva jew okkupazzjonali, għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ħaddiem għax-xogħol, dijanjosi medika, il-forniment ta' kura tas-saħħa jew soċjali jew it-trattament jew il-ġestjoni ta' sistemi u servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi ta' Stat Membru jew skont kuntratt ma' professjonista fil-kura medika u soġġett għall-kondizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 3;

(i)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta' kwalità u sikurezza tal-kura tas-saħħa u ta' prodotti mediċinali jew apparat mediku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi ta' Stat Membru li tipprevedi miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, b'mod partikulari s-segretezza professjonali;

(j)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 89(1) fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u tipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data.

3.
Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu li jkun soġġett għall-obbligu ta' segretezza professjonali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali jew minn persuna oħra li tkun ukoll soġġetta għal obbligu ta' segretezza skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali.
4.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 51 Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u…
• Premessa 52 Id-deroga mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għandha tkun…
• Premessa 53 Il-kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom aktar protezzjoni għandhom jiġu pproċessati biss…
• Premessa 54 L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess…
• Premessa 55 Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' data personali minn awtoritajiet uffiċjali bil-għan li jinkisbu l-miri…
• Premessa 56 Fejn, matul attivitajiet elettorali, l-operat tas-sistema demokratika fi Stat Membru teħtieġ li l-partiti…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• kunsens

(11)

“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

Article 4, point (11)

• data ġenetika

(13)

“data ġenetika” tfisser id-data personali relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi ta' persuna fiżika li jkunu ntirtu jew inkisbu li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta' dik il-persuna fiżika, u li tirriżulta, b'mod partikolari, minn analiżi ta' kampjun bijoloġiku mill-persuna fiżika inkwistjoni;

Article 4, point (13)

• data bijometrika

(14)

“data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta' persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta' dik il-persuna fiżika, bħall-immaġnijiet tal-wiċċ jew id-data dattiloskopika;

Article 4, point (14)

• data dwar is-saħħa

(15)

“data dwar is-saħħa” tfisser data personali relatata mas-saħħa fiżika jew mentali ta' persuna fiżika, inkluża l-provvista ta' servizzi tal-kura tas-saħħa, li tiżvela informazzjoni rigward l-istat ta' saħħitha;

Article 4, point (15)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…