Kapitolu VI Taqsima 2 Artikolu 55
Artikolu 55 · Kompetenza
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Awtoritajiet superviżorji, kooperazzjoni u l-Bord
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Kull awtorità superviżorja hija kompetenti biex twettaq il-kompiti tagħha u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.
Fejn l-ipproċessar jitwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu abbażi tal-Artikolu 6(1)(c) jew (e), l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat hija kompetenti, u l-Artikolu 56 dwar l-awtorità superviżorja ewlenija ma japplikax.
L-awtoritajiet superviżorji mhumiex kompetenti biex jissorveljaw l-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.
It-test tal-Artikolu 55verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 55
Kompetenza
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 20 Filwaqt li dan ir-Regolament japplika, inter alia, għall-attivitajiet tal-qrati u awtoritajiet ġudizzjarji…
- Premessa 122 Kull awtorità superviżorja għandu jkollha kompetenza fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess biex…
- Premessa 128 Ir-regoli dwar l-awtorità superviżorja ewlenija u l-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz ma għandhomx…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
ipproċessar
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Article 4, point (2)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Article 4, point (21)