Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VI Taqsima 1 Artikolu 54

Artikolu 54 · Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità superviżorja

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Kull Stat Membru għandu jipprevedi b’liġi l-istabbiliment ta’ kull awtorità superviżorja u r-regoli dwar il-membri tagħha:

  • il-kwalifiki u l-eliġibbiltà;
  • il-ħatra;
  • mandat ta’ mhux inqas minn erba’ snin;
  • il-ħatra mill-ġdid; u
  • l-obbligi u l-azzjonijiet, l-okkupazzjonijiet u l-benefiċċji inkompatibbli matul il-mandat u wara.

Parti mill-ewwel ħatra wara l-24 ta’ Mejju 2016 tista’ tkun għal perjodu iqsar fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi protetta l-indipendenza permezz ta’ proċedura ta’ ħatra gradwali.

Il-membri u l-persunal huma soġġetti għal dmir ta’ segretezza professjonali, matul il-mandat tagħhom u wara, għal informazzjoni kunfidenzjali li tkun saret magħrufa lilhom waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

It-test tal-Artikolu 54verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 54

Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità superviżorja

1.  

Kull Stat Membru għandu jipprevedi bil-liġi għal dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-istabbiliment ta' kull awtorità superviżorja;

(b) 

il-kwalifiki u l-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà meħtieġa biex wieħed jinħatar membru ta' kull awtorità superviżorja;

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membru jew membri ta' kull awtorità superviżorja;

(d) 

it-tul tal-mandat tal-membru jew il-membri ta' kull awtorità superviżorja ta' mhux inqas minn erba' snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara l-24 ta' Mejju 2016, li parti minnu jista' jseħħ għal perijodu iqsar fejn dak jinħtieġ għall-protezzjoni tal-indipendenza tal-awtorità superviżorja permezz ta' proċedura ta' ħatra mqassma;

(e) 

jekk u, jekk ikun il-każ, għal kemm-il mandat il-membru jew il-membri ta' kull awtorità superviżorja hu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid;

(f) 

il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-obbligi tal-membru jew il-membri u l-persunal ta' kull awtorità superviżorja, il-projbizzjonijiet ta' azzjonijiet, okkupazzjonijiet u benefiċċji inkompatibbli ma' dawn matul u wara l-mandat u r-regoli li jirregolaw it-tmiem tal-impjieg.

2.  
Il-membru jew il-membri u l-persunal ta' kull awtorità superviżorja għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, ikunu soġġetti għal dmir ta' segretezza professjonali kemm matul kif ukoll wara l-mandat tagħhom, fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom jew l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom. Matul il-mandat tagħhom, dak id-dmir ta' segretezza professjonali għandu japplika b'mod partikolari għar-rappurtar minn persuni fiżiċi ta' ksur ta' dan ir-Regolament.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 121 Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-membru jew il-membri tal-awtorità superviżorja għandhom jiġu stabbiliti…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…