L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull membru ta’ awtorità superviżorja jinħatar permezz ta’ proċedura trasparenti:
mill-parlament tagħhom;
mill-gvern tagħhom;
mill-kap tal-Istat tagħhom; jew
minn korp indipendenti fdat bil-ħatra skont il-liġi tal-Istat Membru.
Kull membru għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa, b’mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali.
Membru jista’ jitkeċċa biss f’każijiet ta’ mġiba ħażina serja jew jekk il-membru ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet.
Kull awtorità superviżorja taġixxi b’indipendenza sħiħa: il-membri tagħha ma jieħdu struzzjonijiet mingħand ħadd, u kull Stat Membru għandu jagħtiha r-riżorsi, il-persunal u l-baġits li teħtieġ.L-att fi stampi
It-test tal-Artikolu 53 · verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 53
Kondizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità superviżorja
1.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull membru tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom jinħatar permezz ta' proċedura trasparenti minn:
—
il-parlament tagħhom;
—
il-gvern tagħhom;
—
il-Kap ta' Stat tagħhom; jew
—
korp indipendenti fdat bil-ħatra taħt il-liġi tal-Istat Membru.
2.
Kull membru għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, biex iwettaq dmirijietu u jeżerċita s-setgħat tiegħu.
3.
Id-dmirijiet ta' membru għandhom jintemmu fil-każ tal-iskadenza tal-mandat, ta' riżenja jew ta' rtirar obbligatorju f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
4.
Membru għandu jitkeċċa biss f'każijiet ta' mġiba ħażina serja jew jekk il-membru ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
Premessa 121Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-membru jew il-membri tal-awtorità superviżorja għandhom jiġu stabbiliti…
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;