Kapitolu VIII Artikolu 84
Artikolu 84 · Pieni
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Rimedji, responsabbiltà u multi
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni oħra applikabbli għall-ksur tar-Regolament, b’mod partikolari għal ksur li mhuwiex soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 83, u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Kull Stat Membru kellu jinnotifika d-dispożizzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Mejju 2018, u għandu jinnotifika kwalunkwe emenda sussegwenti mingħajr dewmien.
It-test tal-Artikolu 84verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 84
Pieni
1.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni oħrajn applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari għal ksur li ma jkunx soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 83, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sal-25 ta' Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 149 L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar pieni kriminali għal ksur ta' dan…
- Premessa 152 Fejn dan ir-Regolament ma jarmonizzax il-pieni amministrattivi jew fejn neċessarju f'każijiet oħra…