Kapitolu III Taqsima 4 Artikolu 22
Artikolu 22 · Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, inkluż tfassil ta' profili
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Deċiżjonijiet awtomatizzati u tfassil tal-profil
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni bbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profil, li jkollha effetti legali li jikkonċernawh jew li b’mod simili jaffettwawh b’mod sinifikanti.
Dan ma japplikax fejn id-deċiżjoni:
- tkun meħtieġa biex jiġi konkluż jew jitwettaq kuntratt mal-kontrollur;
- tkun awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi salvagwardji adatti; jew
- tkun ibbażata fuq il-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data.
Fil-każijiet tal-kuntratt u tal-kunsens, il-kontrollur għandu jimplimenta salvagwardji adatti, mill-inqas id-dritt li jikseb intervent uman, li jesprimi l-fehma tiegħu u li jikkontesta d-deċiżjoni.
Tali deċiżjonijiet jistgħu jużaw kategoriji speċjali ta’ data personali biss fejn japplika l-punt (a) jew (g) tal-Artikolu 9(2) u jkun hemm salvagwardji adatti.
It-test tal-Artikolu 22verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 22
Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati, inkluż tfassil ta' profili
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk id-deċiżjoni:
tkun meħtieġa biex wieħed jidħol f'kuntratt, jew iwettaq kuntratt, bejn is-suġġett tad-data u kontrollur tad-data;
tkun awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur u li tistabbilixxi wkoll miżuri adatti għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew
tkun ibbażata fuq il-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 71 Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni, li tista' tinkludi miżura, li…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
suġġett tad-data
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
ipproċessar
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Article 4, point (2)
tfassil tal-profil
“tfassil tal-profil” tfisser kwalunkwe forma ta' pproċessar awtomatizzat ta' data personali li jikkonsisti fl-użu ta' data personali biex jiġu evalwati ċerti aspetti personali relatati ma' persuna fiżika, b'mod partikolari biex jiġu analizzati jew imbassra aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (4)
kontrollur
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;
Article 4, point (7)
kunsens
“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;
Article 4, point (11)