Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu III Taqsima 5 Artikolu 23

Artikolu 23 · Restrizzjonijiet

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’, permezz ta’ miżura leġiżlattiva, tirrestrinġi l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet fl-Artikoli 12 sa 22 u 34, u tal-Artikolu 5 sa fejn jikkorrispondi għalihom, iżda biss fejn ir-restrizzjoni:

• tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; u
• tkun miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja għan elenkat fil-paragrafu 1, bħas-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika, ir-reati u l-pieni kriminali, għanijiet importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali, il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, jew l-infurzar ta’ talbiet tal-liġi ċivili.

Il-paragrafu 2 jelenka dak li l-miżura għandha tipprevedi speċifikament fejn rilevanti, inklużi salvagwardji biex jiġi evitat l-abbuż u d-dritt li wieħed jiġi infurmat dwar ir-restrizzjoni sakemm dan ma jkunx ta’ preġudizzju għall-iskop tagħha.

Restrizzjonijiet bil-liġi Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’, permezz ta’ miżura leġiżlattiva, tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-Artikoli 12 sa 22 u 34, u tal-Artikolu 5 sa fejn jikkorrispondi għalihom, jekk ir-restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja objettiv elenkat fl-Artikolu 23(1), bħas-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika, ir-reati kriminali jew l-infurzar ta’ talbiet tal-liġi ċivili. Il-miżura għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi, fejn rilevanti, bħal salvagwardji kontra l-abbuż u d-dritt tas-suġġett tad-data li jkun infurmat dwar ir-restrizzjoni. jekk: tirrispetta l-essenza tad-drittijiet fundamentali jekk: meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika jekk: biex tissalvagwardja objettiv tal-paragrafu 1 bħas-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika, reati kriminali jew talbiet tal-liġi ċivili Liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’ tirrestrinġi, b’miżura leġiżlattiva, Informazzjoni Aċċess Rettifika Tħassir Restrizzjoni tal-ipproċessar Portabbiltà tad-data Oġġezzjoni Sistema awtomatizzata id-drittijiet u l-obbligi tal-Art. 12 sa 22 u 34 u tal-Art. 5 sa fejn jikkorrispondi għalihom b’dispożizzjonijiet speċifiċi, fejn rilevanti bħal salvagwardji kontra l-abbuż (paragrafu 2)
Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’ tirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġett tad-data permezz ta’ miżura leġiżlattiva biss meta tirrispetta l-essenza tad-drittijiet fundamentali u tkun meħtieġa u proporzjonata biex jiġi salvagwardjat għan elenkat fl-Artikolu 23(1). L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 23verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 23

Restrizzjonijiet

1.

Il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew il-proċessur tad-data tista' tirrestrinġi permezz ta' miżura leġiżlattiva l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikolu 34, kif ukoll l-Artikolu 5 sakemm id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 12 sa 22, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta':

(a)

is-sigurtà nazzjonali;

(b)

id-difiża;

(c)

is-sigurtà pubblika;

(d)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddidiet għas-sigurtà pubblika;

(e)

objettivi importanti oħrajn ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, inkluż, kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;

(f)

il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji;

(g)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' ksur ta' etika għal professjonijiet regolati;

(h)

funzjoni ta' monitoraġġ, ispezzjoni jew regolatorja marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali f'każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) u (g);

(i)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn;

(j)

l-infurzar ta' pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.

2.

B'mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas, fejn rilevanti, dwar:

(a)

il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar,

(b)

il-kategoriji ta' data personali,

(c)

l-ambitu tar-restrizzjonijiet introdotti,

(d)

is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali;

(e)

l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri,

(f)

il-perijodi ta' ħażna u s-salvagwardji applikabbli b'kont meħud tan-natura, l-ambitu u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

(g)

ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data; u

(h)

id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni, sakemm dak ma jistax jippreġudika l-finijiet tar-restrizzjoni.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 19 Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet kompetenti…
• Premessa 41 Fejn dan ir-Regolament jagħmel referenza għal bażi legali jew miżura leġiżlattiva, din mhux neċessarjament…
• Premessa 73 Ir-restrizzjonijiet dwar prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, aċċess għal u rettifika jew…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…