Kapitolu VI Taqsima 2 Artikolu 56
Artikolu 56 · Kompetenza tal-awtorità superviżorja ewlenija
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Awtoritajiet superviżorji, kooperazzjoni u l-Bord
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, l-awtorità superviżorja tal-istabbiliment ewlieni jew tal-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew tal-proċessur hija kompetenti biex taġixxi bħala awtorità superviżorja ewlenija għall-ipproċessar transkonfinali tiegħu, skont il-proċedura tal-Artikolu 60, u hija l-uniku interlokutur tiegħu għal dak l-ipproċessar.
B’deroga, kull awtorità superviżorja hija kompetenti biex tittratta lment imressaq quddiemha jew ksur possibbli jekk is-suġġett ikun relatat biss ma’ stabbiliment fl-Istat Membru tagħha jew jaffettwa sostanzjalment lis-suġġetti tad-data biss fl-Istat Membru tagħha.
Hija għandha tinforma lill-awtorità superviżorja ewlenija, li tiddeċiedi fi żmien tliet ġimgħat jekk tittrattax il-każ skont l-Artikolu 60. Jekk le, l-awtorità li tat l-informazzjoni tittratta l-każ hija stess.
It-test tal-Artikolu 56verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 56
Kompetenza tal-awtorità superviżorja ewlenija
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 36 L-istabbiliment ewlieni ta' kontrollur fl-Unjoni għandu jkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu…
- Premessa 124 Fejn l-ipproċessar ta' data personali jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew…
- Premessa 127 Kull awtorità superviżorja li ma tkunx qed taġixxi bħala l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tkun…
- Premessa 128 Ir-regoli dwar l-awtorità superviżorja ewlenija u l-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz ma għandhomx…
- Premessa 131 Fejn xi awtorità superviżorja oħra għandha taġixxi bħala awtorità superviżorja ewlenija għall-attivitajiet…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
suġġett tad-data
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
ipproċessar
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Article 4, point (2)
kontrollur
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;
Article 4, point (7)
proċessur
“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;
Article 4, point (8)
stabbiliment ewlieni
“stabbiliment ewlieni” tfisser:
- (a) fir-rigward ta' kontrollur bi stabbilimenti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni, għajr jekk id-deċiżjonijiet dwar l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali jittieħdu fi stabbiliment ieħor tal-kontrollur fl-Unjoni u dan l-istabbiliment tal-aħħar ikollu s-setgħa li jesiġi l-implimentazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, u f'dan il-każ l-istabbiliment li jkun ħa tali deċiżjonijiet għandu jitqies bħala l-istabbiliment ewlieni;
- (b) fir-rigward ta' proċessur bi stabbilimenti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni, jew, jekk il-proċessur ma jkollu l-ebda amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni, l-istabbiliment tal-proċessur fl-Unjoni fejn isiru l-attivitajiet ta' pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment tal-proċessur sa fejn il-proċessur ikun soġġett għal obbligi speċifiċi taħt dan ir-Regolament;
Article 4, point (16)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Article 4, point (21)
ipproċessar transkonfinali
“ipproċessar transkonfinali” tfisser jew:
- (a) l-ipproċessar ta' data personali li jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbilimenti f'iktar minn Stat Membru wieħed ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f'iktar minn Stat Membru wieħed; jew
- (b) l-ipproċessar ta' data personali li jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment uniku ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni li madankollu jaffettwa sostanzjalment lil suġġetti tad-data f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew li x'aktarx li ser jaffettwahom sostanzjalment.
Article 4, point (23)