Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VI Taqsima 2 Artikolu 56

Artikolu 56 · Kompetenza tal-awtorità superviżorja ewlenija

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Awtoritajiet superviżorji, kooperazzjoni u l-Bord

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, l-awtorità superviżorja tal-istabbiliment ewlieni jew tal-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew tal-proċessur hija kompetenti biex taġixxi bħala awtorità superviżorja ewlenija għall-ipproċessar transkonfinali tiegħu, skont il-proċedura tal-Artikolu 60, u hija l-uniku interlokutur tiegħu għal dak l-ipproċessar.

B’deroga, kull awtorità superviżorja hija kompetenti biex tittratta lment imressaq quddiemha jew ksur possibbli jekk is-suġġett ikun relatat biss ma’ stabbiliment fl-Istat Membru tagħha jew jaffettwa sostanzjalment lis-suġġetti tad-data biss fl-Istat Membru tagħha.

Hija għandha tinforma lill-awtorità superviżorja ewlenija, li tiddeċiedi fi żmien tliet ġimgħat jekk tittrattax il-każ skont l-Artikolu 60. Jekk le, l-awtorità li tat l-informazzjoni tittratta l-każ hija stess.

Awtorità ewlenija għall-ipproċessar transkonfinali Għall-ipproċessar transkonfinali, l-awtorità superviżorja tal-istabbiliment ewlieni jew uniku tal-kontrollur jew tal-proċessur hija l-awtorità superviżorja ewlenija u l-uniku interlokutur tiegħu għal dak l-ipproċessar. Pass 1: l-awtorità ewlenija tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra. Jekk ħadd ma joġġezzjona, kollha jitqiesu li jaqblu u jkunu marbuta biha. Jekk waħda minnhom tesprimi oġġezzjoni rilevanti u motivata fi żmien erba’ ġimgħat u l-awtorità ewlenija ma ssegwihiex jew tqisha mhux rilevanti jew motivata, il-kwistjoni tgħaddi għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Pass 2: l-awtorità ewlenija tadotta d-deċiżjoni u tinnotifikaha lill-istabbiliment ewlieni jew uniku; il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma magħha għall-istabbilimenti kollha tiegħu fl-Unjoni. B’deroga, fejn is-suġġett ikun relatat biss ma’ stabbiliment fi Stat Membru wieħed jew jaffettwa sostanzjalment lis-suġġetti tad-data hemmhekk biss, l-awtorità superviżorja lokali hija kompetenti u tinforma lill-awtorità ewlenija, li tiddeċiedi fi żmien tliet ġimgħat jekk tittrattax il-każ. awtorità superviżorja ewlenija tal-istabbiliment ewlieni jew uniku kontrollur jew proċessur uniku interlokutur għall-ipproċessar transkonfinali 1 abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra ebda oġġezzjoni kollha jitqiesu li jaqblu u marbuta biha oġġezzjoni rilevanti u motivata fi żmien erba’ ġimgħat mhux segwita jew miċħuda: mekkaniżmu ta’ konsistenza 2 l-awtorità ewlenija tadotta d-deċiżjoni il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma għall-istabbilimenti kollha tiegħu fl-Unjoni każ lokali (Stat Membru wieħed biss): l-awtorità ewlenija tiddeċiedi fi żmien tliet ġimgħat jekk tittrattahx
Għall-ipproċessar transkonfinali, l-awtorità tal-istabbiliment ewlieni jew uniku tmexxi, tfassal id-deċiżjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra u, fin-nuqqas ta’ qbil, tirreferi l-kwistjoni lill-mekkaniżmu ta’ konsistenza. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 56verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 56

Kompetenza tal-awtorità superviżorja ewlenija

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, l-awtorità superviżorja tal-istabbiliment ewlieni jew tal-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti biex taġixxi bħala l-awtorità superviżorja ewlenija għall-ipproċessar transkonfinali li jsir minn dak il-kontrollur jew proċessur f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 60.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti biex tittratta lment imressaq lilha jew ksur possibbli ta' dan ir-Regolament, jekk is-suġġett ikun marbut biss ma' stabbiliment fl-Istat Membru tagħha jew jaffettwa b'mod sostanzjali suġġetti tad-data fl-Istat Membru tagħha biss.
3.  
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità superviżorja għandha tinforma lill-awtorità superviżorja ewlenija mingħajr dewmien dwar dik il-kwistjoni. F'perijodu ta' tliet ġimgħat wara li tiġi infurmata l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tiddeċiedi jekk hux ser tittratta l-każ f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 60, billi tieħu kont ta' jekk hemm jew m'hemmx stabbiliment tal-kontrollur jew il-proċessur fl-Istat Membru li l-awtorità superviżorja tkun infurmatha bih.
4.  
Fejn l-awtorità superviżorja ewlenija tiddeċiedi li tittratta l-każ, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 60. L-awtorità superviżorja li tkun infurmat lill-awtorità superviżorja ewlenija tista' tissottometti abbozz għal deċiżjoni lill-awtorità superviżorja ewlenija. L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tieħu kont bl-akbar reqqa dak l-abbozz meta tkun qed tħejji l-abbozz ta' deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 60(3).
5.  
Fejn il-awtorità superviżorja ewlenija tiddeċiedi li ma tittrattax il-każ, l-awtorità superviżorja li tkun infurmat lill-awtorità superviżorja ewlenija għandha tittrattah skont l-Artikoli 61 u 62.
6.  
L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tkun l-interlokutur uniku tal-kontrollur jew il-proċessur għall-ipproċessar transkonfinali li jsir minn dak il-kontrollur jew proċessur.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 36 L-istabbiliment ewlieni ta' kontrollur fl-Unjoni għandu jkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu…
  • Premessa 124 Fejn l-ipproċessar ta' data personali jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew…
  • Premessa 127 Kull awtorità superviżorja li ma tkunx qed taġixxi bħala l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tkun…
  • Premessa 128 Ir-regoli dwar l-awtorità superviżorja ewlenija u l-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz ma għandhomx…
  • Premessa 131 Fejn xi awtorità superviżorja oħra għandha taġixxi bħala awtorità superviżorja ewlenija għall-attivitajiet…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • proċessur

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

    Article 4, point (8)

  • stabbiliment ewlieni

    “stabbiliment ewlieni” tfisser:

    • (a) fir-rigward ta' kontrollur bi stabbilimenti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni, għajr jekk id-deċiżjonijiet dwar l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali jittieħdu fi stabbiliment ieħor tal-kontrollur fl-Unjoni u dan l-istabbiliment tal-aħħar ikollu s-setgħa li jesiġi l-implimentazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, u f'dan il-każ l-istabbiliment li jkun ħa tali deċiżjonijiet għandu jitqies bħala l-istabbiliment ewlieni;
    • (b) fir-rigward ta' proċessur bi stabbilimenti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni, jew, jekk il-proċessur ma jkollu l-ebda amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni, l-istabbiliment tal-proċessur fl-Unjoni fejn isiru l-attivitajiet ta' pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment tal-proċessur sa fejn il-proċessur ikun soġġett għal obbligi speċifiċi taħt dan ir-Regolament;

    Article 4, point (16)

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

  • ipproċessar transkonfinali

    “ipproċessar transkonfinali” tfisser jew:

    • (a) l-ipproċessar ta' data personali li jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbilimenti f'iktar minn Stat Membru wieħed ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f'iktar minn Stat Membru wieħed; jew
    • (b) l-ipproċessar ta' data personali li jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment uniku ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni li madankollu jaffettwa sostanzjalment lil suġġetti tad-data f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew li x'aktarx li ser jaffettwahom sostanzjalment.

    Article 4, point (23)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…