Kapitolu III Taqsima 3 Artikolu 20
Artikolu 20 · Dritt għall-portabbiltà tad-data
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Id-drittijiet tas-suġġett tad-data
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt jirċievi d-data personali li tikkonċernah li huwa jkun ipprovda lil kontrollur, f’format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara permezz ta’ magna, u li jittrażmettiha lil kontrollur ieħor mingħajr xkiel, fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens jew fuq kuntratt u jitwettaq b’mezzi awtomatizzati.
Fejn teknikament fattibbli, id-data tista’ tiġi trażmessa direttament minn kontrollur għal ieħor.
Id-dritt ma japplikax għall-ipproċessar meħtieġ għal kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 u ma għandux jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
It-test tal-Artikolu 20verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 20
Dritt għall-portabbiltà tad-data
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirċievi d-data personali li tikkonċerna lilu, li huwa jkun ipprovda lil kontrollur, f'format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta' magna u jkollu d-dritt li jibgħat dik d-data lil kontrollur ieħor mingħajr tfixkil mingħand il-kontrollur li lilu tkun ingħatat id-data personali, fejn:
l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) jew fuq kuntratt skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(1); u
l-ipproċessar jitwettaq b'mezzi awtomatizzati.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 68 Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-data tagħhom stess, fejn l-ipproċessar ta' data personali titwettaq…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
kunsens

(11)

“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

Article 4, point (11)