Kapitolu IV Taqsima 4 Artikolu 39
Artikolu 39 · Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Valutazzjonijiet tal-impatt, uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kodiċijiet u ċertifikazzjoni
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu mill-inqas dawn il-kompiti:
- jinforma u jagħti parir lill-kontrollur jew lill-proċessur u lill-impjegati li jwettqu l-ipproċessar dwar l-obbligi tagħhom;
- jimmonitorja l-konformità mar-Regolament, ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni tad-data u mal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur;
- jagħti parir, fejn mitlub, dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jimmonitorja t-twettiq tagħha; u
- jikkoopera mal-awtorità superviżorja u jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt tagħha.
L-uffiċjal għandu jqis kif dovut ir-riskju assoċjat mal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.
It-test tal-Artikolu 39verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 39
Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandu jkollu mill-inqas il-kompiti li ġejjin:
jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur u lill-impjegati li jagħmlu l-ipproċessar dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u skont dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew ta' Stati Membri dwar il-protezzjoni tad-data;
jissorvelja l-konformità ma' dan ir-Regolament, ma' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew ta' Stati Membri dwar il-protezzjoni tad-data u mal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal involut fl-attivitajiet ta' pproċessar, u l-verifiki relatati;
jipprovdi parir fejn mitlub fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jissorvelja l-prestazzjoni tagħha skont l- Artikolu 35;
jikkoopera mal-awtorità superviżorja;
jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-awtorità superviżorja dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar, inkluż il-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 36, u jikkonsulta, fejn xieraq, fir-rigward ta' kwalunkwe materja oħra.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 97 Fejn l-ipproċessar jitwettaq minn awtorità pubblika, minbarra l-qrati jew l-awtoritajiet ġudizzjarji…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)