Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 1 Artikolu 30

Artikolu 30 · Reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kontrolluri u proċessuri

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Kull kontrollur għandu jżomm reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu li jkun fih l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, u kull proċessur reġistru tal-kategoriji kollha ta’ pproċessar imwettqa f’isem kontrollur.

Ir-reġistri għandhom ikunu bil-miktub u jsiru disponibbli għall-awtorità superviżorja fuq talba.

Dawn l-obbligi ma japplikawx għal impriża jew organizzazzjoni li timpjega inqas minn 250 persuna, ħlief jekk l-ipproċessar li twettaq:

• x’aktarx jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;
• ma jkunx okkażjonali; jew
• jinkludi kategoriji speċjali ta’ data (Artikolu 9(1)) jew data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati (Artikolu 10).
Reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar Reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar, bil-miktub, inkluż f’forma elettronika. Il-kontrollur iżomm reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu; il-proċessur iżomm reġistru tal-kategoriji kollha ta’ pproċessar imwettqa f’isem kull kontrollur. Ir-reġistru jsir disponibbli għall-awtorità superviżorja fuq talba. L-obbligi ma japplikawx għal impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna, ħlief jekk l-ipproċessar x’aktarx jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, jew ma jkunx okkażjonali, jew jinkludi kategoriji speċjali ta’ data jew data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati: kwalunkwe waħda minn dawn biżżejjed biex japplika l-obbligu. reġistru tal-attivitajiet ta’ pproċessar bil-miktub, inkluż f’forma elettronika kontrollur l-attivitajiet ta’ pproċessar tiegħu proċessur kategoriji ta’ pproċessar għal kull kontrollur disponibbli għall-awtorità superviżorja fuq talba mhux għal: impriża jew organizzazzjoni b’anqas minn 250 impjegat ħlief jekk l-ipproċessar: x’aktarx jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet jew mhuwiex okkażjonali jew jinkludi data ta’ kategorija speċjali jew kriminali
Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom iżommu reġistru bil-miktub tal-ipproċessar tagħhom u jagħmluh disponibbli għall-awtorità superviżorja fuq talba; l-eċċezzjoni għal dawk li jimpjegaw anqas minn 250 persuna hija ristretta. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 30verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 30

Reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar

1.

Kull kontrollur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandu jżomm reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Dak ir-reġistru għandu jkollu l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kontrollur u, fejn applikabbli, il-kontrollur konġunt, ir-rappreżentant tal-kontrollur u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(b)

il-finijiet tal-ipproċessar;

(c)

deskrizzjoni tal-kategoriji ta' suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta' data personali;

(d)

il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew ser tiġi żvelata d-data personali inklużi riċevituri f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

fejn applikabbli, trasferimenti ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, fil-każ ta' trasferimenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1), id-dokumentazzjoni ta' salvagwardji xierqa;

(f)

fejn ikun possibbli, il-limiti ta' żmien imbassrin għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta' data;

(g)

fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 32(1).

2.

Kull proċessur u, fejn applikabbli, rappreżentant tal-proċessur għandhom iżommu reġistru tal-kategoriji kollha ta' attivitajiet tal-ipproċessar imwettqa f'isem kontrollur, li jkun fih:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-proċessur jew proċessuri u ta' kull kontrollur li l-proċessur qed jaġixxi f'ismu, u, fejn applikabbli, tar-rappreżentant tal-kontrollur jew tal-proċessur, u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(b)

il-kategoriji tal-ipproċessar imwettaq f'isem kull kontrollur;

(c)

fejn applikabbli, trasferimenti ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, fil-każ ta' trasferimenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1), id-dokumentazzjoni ta' salvagwardji xierqa;

(d)

fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 32(1).

3.
Ir-reġistru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun bil-miktub, inkluż f'forma elettronika.
4.
Il-kontrollur jew il-proċessur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant tal-kontrollur jew tal-proċessur, għandhom jagħmlu r-reġistru disponibbli għall-awtorità superviżorja fuq talba.
5.
L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal impriża jew organizzazzjoni li timpjega inqas minn 250 persuna ħlief jekk l-ipproċessar li twettaq x'aktarx jirriżulta f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, l-ipproċessar mhuwiex okkażjonali, jew l-ipproċessar jinkludi kategoriji speċjali ta' data kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) jew l-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 13 Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta' protezzjoni għall-persuni fiżiċi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx…
• Premessa 82 Sabiex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

• riċevitur

(9)

“riċevitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor, li lilha tiġi żvelata d-data personali, irrispettivament milli huwiex parti terza jew le. Madankollu, l-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jirċievu data personali fil-qafas ta' inkjesta partikolari f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru m'għandhomx jitqiesu bħala riċevituri; l-ipproċessar ta' dik id-data minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandu jkun f'konformità mar-regoli ta' protezzjoni tad-data applikabbli skont il-finijiet tal-ipproċessar;

Article 4, point (9)

• rappreżentant

(17)

“rappreżentant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura bil-miktub mill-kontrollur jew mill-proċessur skont l-Artikolu 27, tirrappreżenta l-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-obbligi rispettivi skont dan ir-Regolament;

Article 4, point (17)

• impriża

(18)

“impriża” tfisser persuna fiżika jew ġuridika involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, inkluż sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment involuti f'attività ekonomika;

Article 4, point (18)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

• organizzazzjoni internazzjonali

(26)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.

Article 4, point (26)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…