Kapitolu IV Taqsima 2 Artikolu 33
Artikolu 33 · Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Sigurtà u ksur ta’ data personali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu jinnotifika lill-awtorità superviżorja kompetenti skont l-Artikolu 55 mingħajr dewmien żejjed u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, sakemm il-ksur x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.
Notifika magħmula wara 72 siegħa għandha tkun akkumpanjata mir-raġunijiet għad-dewmien, u l-informazzjoni li ma tistax tingħata fl-istess ħin tista’ tingħata f’fażijiet mingħajr aktar dewmien żejjed.
Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed, u l-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta’ data personali.
It-test tal-Artikolu 33verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 33
Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja
In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:
tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta' data personali rreġistrata kkonċernata;
tagħti l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni;
tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;
tiddeskrivi l-miżuri mittieħda jew proposti li jridu jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 85 Il-vjolazzjoni ta' data personali tista', jekk ma tiġix indirizzata b'mod adegwat u fil-ħin, tirriżulta…
- Premessa 87 Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
suġġett tad-data
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
kontrollur
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;
Article 4, point (7)
proċessur
“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;
Article 4, point (8)
ksur ta' data personali
“ksur ta' data personali” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor;
Article 4, point (12)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Article 4, point (21)