Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu I Artikolu 3

Artikolu 3 · Kamp ta' applikazzjoni territorjali

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Ir-Regolament japplika għall-ipproċessar fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.

Kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni huwa kopert ukoll meta jipproċessa data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni u l-ipproċessar ikun relatat:

  • mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lilhom, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas; jew
  • mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm din isseħħ fl-Unjoni.

Japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni iżda f’post fejn tapplika l-liġi ta’ Stat Membru bis-saħħa tad-dritt internazzjonali pubbliku.

Fejn jasal ir-Regolament Fejn jasal ir-Regolament. L-ewwel pannell: kontrollur jew proċessur bi stabbiliment fl-Unjoni; ir-Regolament japplika għall-ipproċessar fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, kemm jekk l-ipproċessar isir fl-Unjoni kif ukoll jekk le. It-tieni pannell: kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni u suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni; ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom fejn dan ikun relatat mal-offerta ta’ oġġetti jew servizzi lilhom, irrispettivament minn jekk iridux iħallsu, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sa fejn din isseħħ fl-Unjoni. Mhux muri: l-Artikolu 3(3), kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni iżda f’post fejn tapplika l-liġi ta’ Stat Membru bis-saħħa tad-dritt internazzjonali pubbliku. Unjoni Kontrollur jew Proċessur stabbiliment fl-Unjoni ipproċessar fl-Unjoni jew x’imkien ieħor mhux stabbilit fl-Unjoni Kontrollur jew Proċessur Unjoni Suġġett tad-data suġġetti tad-data jekk: offerta ta’ oġġetti jew servizzi, bi ħlas jew le jew: monitoraġġ tal-imġiba tagħhom fl-Unjoni

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 3verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni territorjali

1.  
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbilment ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, indipendentement minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.
2.  

Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta' pproċessar huma relatati ma':

(a) 

l-offerta ta' prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, għal tali suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew

(b) 

il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.

3.  
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f'post fejn tapplika l-liġi ta' Stat Membru permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 22 Kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew…
  • Premessa 23 Sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi ma jinċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha skont dan…
  • Premessa 24 L-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur…
  • Premessa 25 Fejn il-liġi ta' Stat Membru tkun tapplika permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku, dan ir-Regolament…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • proċessur

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

    Article 4, point (8)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…