Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 1 Artikolu 28

Artikolu 28 · Proċessur

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kontrolluri u proċessuri

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Il-kontrollur għandu juża biss proċessuri li jipprovdu garanziji suffiċjenti biex jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi adatti.

L-ipproċessar minn proċessur għandu jkun irregolat b’kuntratt bil-miktub jew att legali ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li jistipula b’mod partikolari li l-proċessur:

  • jaġixxi biss fuq struzzjonijiet dokumentati tal-kontrollur (sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru ma teħtieġx mod ieħor);
  • jiżgura l-kunfidenzjalità;
  • jieħu l-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 32;
  • jassisti lill-kontrollur; u
  • fl-aħħar, iħassar jew jirritorna d-data, skont l-għażla tal-kontrollur.

Proċessur jista’ jqabbad proċessur ieħor biss b’awtorizzazzjoni bil-miktub speċifika jew ġenerali minn qabel tal-kontrollur u bl-istess obbligi ta’ protezzjoni tad-data, u jibqa’ responsabbli bis-sħiħ lejn il-kontrollur jekk dak il-proċessur l-ieħor jonqos milli jissodisfahom.

Kuntratt ma’ proċessur Il-kontrollur jista’ juża biss proċessuri li jipprovdu garanziji suffiċjenti. L-ipproċessar minn proċessur huwa rregolat minn kuntratt jew att legali ieħor bil-miktub, inkluż f’forma elettronika. Dan jistipula, b’mod partikolari, li l-proċessur: (a) jipproċessa d-data biss fuq struzzjonijiet dokumentati mill-kontrollur, ħlief jekk ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru; (b) jiżgura li l-persuni awtorizzati jkunu marbuta bil-kunfidenzjalità; (c) jieħu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa mill-Artikolu 32; (d) jirrispetta l-kondizzjonijiet biex jinqabad proċessur ieħor; (e) jassisti lill-kontrollur biex iwieġeb għat-talbiet tas-suġġetti tad-data; (f) jassisti lill-kontrollur fir-rigward tal-Artikoli 32 sa 36; (g) skont l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data kollha fit-tmiem tas-servizzi; (h) jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità u jippermetti awditi. Il-proċessur jista’ jqabbad proċessur ieħor biss b’awtorizzazzjoni bil-miktub speċifika jew ġenerali minn qabel tal-kontrollur; l-istess obbligi ta’ protezzjoni tad-data japplikaw għal dak il-proċessur l-ieħor, u l-proċessur inizjali jibqa’ għalkollox responsabbli lejn il-kontrollur. kontrollur proċessur kuntratt jew att legali bil-miktub biss proċessuri b’garanziji suffiċjenti ikopri, b’mod partikolari: (a) biss struzzjonijiet dokumentati ħlief jekk meħtieġ mil-liġi tal-UE jew ta’ Stat Membru (b) kunfidenzjalità (c) miżuri ta’ sigurtà (Artikolu 32) (d) kondizzjonijiet għal proċessur ieħor (e) assistenza fit-talbiet tas-suġġetti tad-data (f) assistenza bl-Artikoli 32 sa 36 (g) tħassir jew ritorn fit-tmiem (h) informazzjoni u awditi Proċessur biss bl-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-kontrollur proċessur ieħor l-istess obbligi ta’ protezzjoni tad-data il-proċessur inizjali jibqa’ għalkollox responsabbli
Il-kontrollur jista’ juża biss proċessuri b’garanziji suffiċjenti, permezz ta’ kuntratt bil-miktub jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-punti tal-Artikolu 28(3). L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 28verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 28

Proċessur

1.  
Fejn l-ipproċessar ikun ser isir f'isem kontrollur, il-kontrollur għandu juża biss proċessuri li jagħtu garanziji suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.
2.  
Il-proċessur m'għandux jimpjega proċessur ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub, speċifika jew ġenerali, minn qabel tal-kontrollur. Fil-każ tal-awtorizzazzjoni ġenerali bil-miktub, il-proċessur għandu jgħarraf lill-kontrollur bi kwalunkwe intenzjoni ta' tibdil rigward iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta' proċessuri oħrajn, biex b'hekk jagħti l-opportunità lill-kontrollur joġġezzjona għal tali bidliet.
3.  

L-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li jorbot lill-proċessur fir-rigward tal-kontrollur, u li jistabbilixxi s-suġġett u t-tul tal-ipproċessar, in-natura u l-għan tal-ipproċessar, it-tip ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-obbligi u d-drittijiet tal-kontrollur. Dak il-kuntratt jew att legali ieħor għandu jistipula, b'mod partikolari, li l-proċessur:

(a) 

jipproċessa d-data personali fil-każ biss ta' istruzzjonijiet dokumentati mill-kontrollur, inkluż fir-rigward tat-trasferimenti tad-data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, ħlief jekk ikun obbligat jagħmel dan skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li l-proċessur ikun soġġett għalih; f'dak il-każ, il-proċessur għandu jinforma lill-kontrollur b'dak ir-rekwiżit legali qabel l-ipproċessar, ħlief jekk dik il-liġi tipprojbixxi dik l-informazzjoni għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

(b) 

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jipproċessaw id-data personali jkunu impenjaw ruħhom li jżommu l-kunfidenzjalità jew li jkunu taħt obbligu statutorju xieraq ta' kunfidenzjalità;

(c) 

jieħu l-miżuri kollha mitluba skont l-Artikolu 32;

(d) 

jirrispetta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għall-impjegar ta' proċessur ieħor;

(e) 

jieħu kont tan-natura tal-ipproċessar, jassisti lill-kontrollur permezz ta' miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, sa fejn dan ikun possibbli, għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data mniżżla fil-Kapitolu III;

(f) 

jassisti lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 32 sa 36 waqt li titqies in-natura tal-ipproċessar u l-informazzjoni disponibbli lill-proċessur;

(g) 

fuq l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data personali kollha lill-kontrollur wara li jintemm il-forniment ta' servizzi relatati mal-ipproċessar ta' data, u jħassar il-kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ma tirrikjedix li d-data personali tinħażen;

(h) 

jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu u jippermetti u jikkontribwixxi għal verifiki, inklużi ispezzjonijiet imwettqa mill-kontrollur jew minn awditur ieħor li jkun ingħata l-mandat mill-kontrollur.

Fir-rigward tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, il-proċessur għandu minnufih jgħarraf lill-kontrollur jekk, fl-opinjoni tiegħu, istruzzjoni tikser dan ir-Regolament jew dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni jew ta' Stat Membru dwar il-protezzjoni tad-data.

4.  
Fejn proċessur jimpjega proċessur ieħor biex iwettaq attivitajiet speċifiċi ta' pproċessar f'isem il-kontrollur, l-istess obbligi ta' protezzjoni tad-data kif jinsabu fil-kuntratt jew att legali ieħor bejn il-kontrollur u l-proċessur kif imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jiġu imposti fuq dak il-proċessur l-ieħor permezz ta' kuntratt jew att legali ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li b'mod partikolari jagħtu garanziji suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Fejn dak il-proċessur l-ieħor jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu għall-protezzjoni tad-data, il-proċessur inizjali għandu jibqa' kompletament responsabbli quddiem il-kontrollur għat-twettiq tal-obbligi ta' dak il-proċessur l-ieħor.
5.  
Il-konformità minn proċessur ma' kodiċi ta' kondotta approvat kif imsemmi fl- Artikolu 40 jew mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni approvat kif imsemmi fl- Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih jintwerew il-garanziji suffiċjenti kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 ta'dan l-Artikolu.
6.  
Mingħajr preġudizzju għal kuntratt individwali bejn il-kontrollur u l-proċessur, il-kuntratt jew l-att legali l-ieħor imsemmi fil-paragrafu 3 u 4 ta'dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati, b'mod sħiħ jew parzjalment, fuq klawżoli kuntrattwali standard imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 ta'dan l-Artikolu inkluż meta jagħmlu parti minn ċertifikazzjoni mogħtija lill-kontrollur jew lill-proċessur skont l-Artikoli 42 u 43.
7.  
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi klawżoli kuntrattwali standard għal kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 u 4 ta'dan l-Artikolu u f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 93(2).
8.  
Awtorità superviżorja tista' tadotta klawżoli kuntrattwali standard għall-kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 u 4 ta'dan l-Artikolu u f'konformità mal-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.
9.  
Il-kuntratt jew l-att legali ieħor imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun bil-miktub, inkluż f'forma elettronika.
10.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 82, 83 u 84, jekk proċessur jikser dan ir-Regolament billi jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta' dak l-ipproċessar.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 79 Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll ir-responsabbiltà…
  • Premessa 81 Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar li għandu…
  • Premessa 95 Il-proċessur għandu jgħin lill-kontrollur, fejn meħtieġ u fuq talba, fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligi li…
  • Premessa 168 Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar klawżoli…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • proċessur

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

    Article 4, point (8)

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

  • organizzazzjoni internazzjonali

    “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.

    Article 4, point (26)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…