Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 1 Artikolu 27

Artikolu 27 · Rappreżentanti ta' kontrolluri jew proċessuri mhux stabbiliti fl-Unjoni

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kontrolluri u proċessuri

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn japplika l-Artikolu 3(2), il-kontrollur jew il-proċessur għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni, stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu s-suġġetti tad-data kkonċernati.

Dan ma japplikax:

• għal awtorità jew korp pubbliku; jew
• għal ipproċessar li jkun okkażjonali, li ma jinkludix ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati, u li x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

Il-ħatra ta’ rappreżentant hija mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet legali kontra l-kontrollur jew il-proċessur infushom.

Rappreżentant fl-Unjoni Jekk kontrollur jew proċessur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u japplika l-Artikolu 3(2) (joffri oġġetti jew servizzi lil suġġetti tad-data fl-Unjoni jew jimmonitorja l-imġiba tagħhom hemmhekk), il-kontrollur jew il-proċessur għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni, stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu dawk is-suġġetti tad-data. Mhux għal awtoritajiet jew korpi pubbliċi, u lanqas għal ipproċessar li jkun okkażjonali, li x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u li ma jinkludix ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati. Ir-rappreżentant jista’ jiġi indirizzat flimkien mal-kontrollur jew mal-proċessur jew minflokhom; l-azzjonijiet legali kontra l-kontrollur jew il-proċessur infushom jibqgħu possibbli. jekk: mhux stabbilit fl-Unjoni, japplika l-Artikolu 3(2) jew kontrollur jew proċessur jaħtar bil-miktub Stat Membru rappreżentant fi Stat Membru fejn jinsabu s-suġġetti tad-data mhux għal: awtoritajiet jew korpi pubbliċi mhux għal: ipproċessar okkażjonali, b’riskju improbabbli u mingħajr data ta’ kategorija speċjali jew kriminali fuq skala kbira azzjoni legali kontra l-kontrollur jew il-proċessur tibqa’ possibbli
Kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni li l-ipproċessar tiegħu jaqa’ taħt l-Artikolu 3(2) għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni, b’żewġ eċċezzjonijiet. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 27verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 27

Rappreżentanti ta' kontrolluri jew proċessuri mhux stabbiliti fl-Unjoni

1.
Fejn japplika l-Artikolu 3(2), il-kontrollur jew il-proċessur għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.
2.

L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:

(a)

l-ipproċessar li jkun okkażjonali, ma jinkludix, fuq skala kbira, l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) jew l-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati msemmijin fl-Artikolu 10, u li probabbilment mhux ser jirriżulta f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, b'kont meħud tan-natura, il-kuntest, l-ambitu u l-għanijiet tal-ipproċessar; jew

(b)

awtorità jew korp pubbliku.

3.
Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f'wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu s-suġġetti tad-data, lid-data personali tagħhom tiġi pproċessata fir-rigward ta' offerti ta' prodotti jew servizzi lilhom, jew li l-imġiba tagħhom tkun issorveljata.
4.
Ir-rappreżentant għandu jkollu l-mandat mill-kontrollur jew mill-proċessur li jiġi indirizzat, b'mod partikolari mill-awtoritajiet superviżorji u mis-suġġetti tad-data, flimkien mal-kontrollur jew mal-proċessur jew minflokhom, dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ipproċessar, sabiex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.
5.
Il-ħatra ta' rappreżentant mill-kontrollur jew mill-proċessur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur jew il-proċessur innifishom.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 80 Fejn kontrollur jew proċessur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni jkun qed jipproċessa data personali ta'…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

• rappreżentant

(17)

“rappreżentant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura bil-miktub mill-kontrollur jew mill-proċessur skont l-Artikolu 27, tirrappreżenta l-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-obbligi rispettivi skont dan ir-Regolament;

Article 4, point (17)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…