Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 1 Artikolu 26

Artikolu 26 · Kontrolluri konġunti

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kontrolluri u proċessuri

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn żewġ kontrolluri jew aktar jiddeterminaw flimkien l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, huma jkunu kontrolluri konġunti.

Sakemm u sa fejn il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru ma tiddeterminax ir-responsabbiltajiet tagħhom, huma għandhom jistabbilixxuhom f’arranġament trasparenti, b’mod partikolari għad-drittijiet tas-suġġett tad-data u għall-informazzjoni skont l-Artikoli 13 u 14, u jagħmlu l-essenza tiegħu disponibbli għas-suġġett tad-data.

Irrispettivament minn dak li jgħid l-arranġament, is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu kontra kull wieħed mill-kontrolluri.

Kontrolluri konġunti Żewġ kontrolluri li jiddeterminaw flimkien l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar huma kontrolluri konġunti. Bejniethom arranġament jistabbilixxi r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari għad-drittijiet tas-suġġett tad-data u għall-informazzjoni tal-Artikoli 13 u 14, ħlief sa fejn dawn jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. Vleġġa rqiqa turi li l-essenza tal-arranġament issir disponibbli għas-suġġett tad-data. Żewġ vleġeġ mis-suġġett tad-data lejn kull kontrollur, b’etikketta bil-kelma jista’: irrispettivament minn dak li jgħid l-arranġament, is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kontrolluri. jiddeterminaw flimkien l-għanijiet u l-mezzi kontrollur kontrollur arranġament responsabbiltajiet rispettivi mhux għal: responsabbiltajiet stabbiliti bil-liġi l-essenza tiegħu suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-drittijiet ma’ kull kontrollur

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 26verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 26

Kontrolluri konġunti

1.
Fejn żewġ kontrolluri jew aktar jiddeterminaw flimkien l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, huma għandhom ikunu kontrolluri konġunti. Huma għandhom b'mod trasparenti jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u l-kompiti rispettivi tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13 u 14, permezz ta' arranġament bejniethom ħlief jekk, u sa fejn, ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-kontrolluri jkunu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għalihom il-kontrolluri jkunu soġġetti. L-arranġament jista' jaħtar punt ta' kuntatt għas-suġġetti tad-data.
2.
L-arranġament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jirrifletti kif xieraq ir-rwoli u relazzjonijiet rispettivi tal-kontrolluri konġunti vis-à-vis is-suġġetti tad-data. L-essenza tal-arranġament għandha ssir disponibbli għas-suġġett tad-data.
3.
Irrispettivament mit-termini tal-arranġament imsemmi fil-paragrafu 1, is-suġġett tad-data jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament fir-rigward ta', u kontra, kull wieħed mill-kontrolluri

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 79 Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll ir-responsabbiltà…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…