Kapitolu V Artikolu 50
Artikolu 50 · Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu passi xierqa biex jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data personali u biex jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali f’dak l-infurzar, soġġett għal salvagwardji xierqa.
Għandhom ukoll jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti u jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż dwar kunflitti ġurisdizzjonali ma’ pajjiżi terzi.
It-test tal-Artikolu 50verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 50
Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali
B'rabta ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu passi xierqa biex:
jiżviluppaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar effettiv ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali;
jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali, inkluż permezz ta' notifika, riferiment ta' lment, assistenza investigattiva u skambju ta' informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta' data personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;
jinvolvu lil partijiet ikkonċernati rilevanti f'diskussjoni u attivitajiet bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali;
jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni ta' data personali, inkluż dwar konflitti ta' ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 116 Meta d-data personali tiġi trasferita b'mod transkonfinali barra mill-Unjoni, hija tista' tpoġġi f'riskju…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Article 4, point (21)
organizzazzjoni internazzjonali
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.
Article 4, point (26)