Kapitolu V Artikolu 45
Artikolu 45 · Trasferimenti abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Trasferimenti lejn pajjiżi terzi
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-elementi tal-paragrafu 2. Tali trasferiment imbagħad ma jeħtieġ l-ebda awtorizzazzjoni speċifika.
Kull deċiżjoni għandha tipprevedi rieżami perjodiku mill-inqas kull erba’ snin.
Fejn il-protezzjoni ma tkunx għadha adegwata, il-Kummissjoni għandha tħassar, temenda jew tissospendi d-deċiżjoni, sal-punt meħtieġ u mingħajr effett retroattiv. It-trasferimenti skont l-Artikoli 46 sa 49 jibqgħu possibbli.
It-test tal-Artikolu 45verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 45
Trasferimenti abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza
Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont, b'mod partikolari, tal-elementi li ġejjin:
l-istat tad-dritt, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali u l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data personali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni, ir-regoli tal-protezzjoni tad-data, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta' sigurtà, inklużi regoli għat-trasferiment ulterjuri ta' data personali lejn pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra li jkun hemm konformità magħhom f'dak il-pajjiż jew l-organizzazzjoni internazzjonali, preċedenti ta' ġurisprudenza, kif ukoll drittijiet tas-suġġett tad-data effettivi u infurzabbli u rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-data li tkun qed tiġi ttrasferita d-data personali tagħhom;
l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta' awtorità superviżorja indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew li għalihom tkun soġġetta organizzazzjoni internazzjonali, bir-responsabbiltà għall-iżgurar u l-infurzar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi setgħat ta' nfurzar adegwati għall-assistenza u l-għoti ta' pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri; u
l-impenji internazzjonali li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata tkun daħlet għalihom, jew obbligi oħrajn li jirriżultaw minn konvenzjonijiet jew strumenti legalment vinkolanti kif ukoll mis-sehem tagħha f'sistemi multilaterali jew reġjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-protezzjoni ta' data personali.
F'każijiet imperattivi u debitament ġustifikati ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkunu immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3).
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 103 Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi b'effett għall-Unjoni kollha li pajjiż terz, territorju jew settur…
- Premessa 104 F'konformità mal-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, b'mod partikolari l-protezzjoni…
- Premessa 105 Minbarra l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni…
- Premessa 106 Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-protezzjoni f'pajjiż terz…
- Premessa 107 Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew…
- Premessa 169 Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih fejn l-evidenza disponibbli…
- Premessa 171 Id-Direttiva 95/46/KE għandha titħassar minn dan ir-Regolament. L-ipproċessar li diġà jkun qed isir fid-data…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
suġġett tad-data
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
awtorità superviżorja
“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;
Article 4, point (21)
organizzazzjoni internazzjonali
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.
Article 4, point (26)