Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VIII Artikolu 79

Artikolu 79 · Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Rimedji, responsabbiltà u multi

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Kull suġġett tad-data li jqis li d-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu b’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv.

Il-proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur jinbdew quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn ikollu stabbiliment.

Alternattivament, jistgħu jinbdew quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu, sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ma jkunx awtorità pubblika ta’ Stat Membru li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

Rimedji ġudizzjarji Kontra awtorità superviżorja (l-Artikolu 78): kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja li tikkonċernaha; suġġett tad-data għandu wkoll dak id-dritt fejn l-awtorità superviżorja kompetenti ma tittrattax ilment jew ma tinfurmahx fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tiegħu. Il-proċedimenti jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-awtorità hija stabbilita. Kontra kontrollur jew proċessur (l-Artikolu 79): suġġett tad-data li jqis li d-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu b’mod mhux konformi mar-Regolament għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment, jew inkella quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data għandu r-residenza abitwali tiegħu; din l-alternattiva ma tapplikax fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun awtorità pubblika ta’ Stat Membru li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha. kontra awtorità superviżorja Art. 78 deċiżjoni legalment vinkolanti li tikkonċernaha kull persuna fiżika jew ġuridika jew ilment mhux ittrattat, jew ebda informazzjoni dwaru fi żmien tliet xhur: is-suġġett tad-data qrati tal-Istat Membru fejn l-awtorità hija stabbilita kontra kontrollur jew proċessur Art. 79 jekk: jqis li pproċessar mhux konformi kiser id-drittijiet tiegħu skont ir-Regolament qrati fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment jew: jista’ qrati fejn is-suġġett tad-data għandu r-residenza abitwali tiegħu mhux għal: awtoritajiet pubbliċi li jeżerċitaw setgħat pubbliċi
Id-deċiżjonijiet ta’ awtorità superviżorja, u n-nuqqas tagħha li tittratta lment, jistgħu jiġu kkontestati l-qorti; suġġett tad-data jista’ wkoll iħarrek kontrollur jew proċessur, f’xi każijiet fl-Istat Membru fejn jgħix. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 79verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 79

Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kontrollur jew proċessur

1.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja skont l-Artikolu 77, kull suġġett tad-data għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn jikkunsidra li nkisru d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħu b'nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.
2.
Proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment. B'mod alternattiv, tali proċedimenti jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu, sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ma jkunx awtorità pubblika ta' Stat Membru li taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 141 Kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja unika, b'mod…
• Premessa 145 Għal proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jagħmel rikors…
• Premessa 147 Fejn, f'dan ir-Regolament, ikun hemm regoli speċifiċi dwar il-ġurisdizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…