Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IX Artikolu 89

Artikolu 89 · Salvagwardji u derogi relatati mal-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

L-ipproċessar għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, li għandhom jiżguraw miżuri tekniċi u organizzattivi, b’mod partikolari għall-minimizzazzjoni tad-data.

Fejn dawk il-finijiet jistgħu jintlaħqu permezz ta’ pproċessar ulterjuri li ma jippermettix jew ma għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data, huma għandhom jintlaħqu b’dak il-mod.

Il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi derogi mill-Artikoli 15, 16, 18 u 21 għar-riċerka u l-istatistika, u wkoll mill-Artikoli 19 u 20 għall-arkivjar, soġġett għal dawk is-salvagwardji, sa fejn:

  • id-drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ixekklu serjament il-finijiet speċifiċi; u
  • id-derogi jkunu meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-finijiet.

Fejn l-ipproċessar iservi wkoll fini ieħor, id-derogi japplikaw biss għall-ipproċessar għal dawn il-finijiet.

It-test tal-Artikolu 89verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 89

Salvagwardji u derogi relatati mal-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika

1.  
L-ipproċessar għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika, għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, f'konformità ma' dan ir-Regolament, għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' minimizzazzjoni tad-data. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu psewdonimizzazzjoni, sakemm dawk il-finijiet jistgħu jiġu sodisfatti b'dak il-mod. Fejn dawk il-finijiet jistgħu jiġu sodisfatti bi pproċessar ulterjuri li ma jippermettix jew ma għadux jippermetti l-identifikazzjoni ta' suġġetti tad-data dawk il-finijiet għandhom jiġu sodisfatti b'dak il-mod.
2.  
Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta' statistika, il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tista' tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 15, 16, 18 u 21 soġġett għall-kondizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa fejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament il-ksib tal-finijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għall-issodisfar ta' dawk il-finijiet.
3.  
Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tista' tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 15, 16, 18, 19, 20 and 21 soġġett għall-kondizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa fejn tali drittijiet x'aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament il-ksib tal-finijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-finijiet.
4.  
Fejn l-ipproċessar imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 jservi fl-istess ħin fini ieħor, id-derogi għandhom japplikaw biss għall-ipproċessar għall-finijiet imsemmija f'dawk il-paragrafi.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 156 L-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka…
  • Premessa 157 Bl-abbinar ta' informazzjoni minn reġistri, ir-riċerkaturi jistgħu jiksbu għarfien ġdid ta' valur kbir…
  • Premessa 158 Fejn id-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' arkivjar, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll…
  • Premessa 159 Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka xjentifika, dan ir-Regolament għandu japplika…
  • Premessa 160 Fejn data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' riċerka storika, dan ir-Regolament għandu japplika…
  • Premessa 162 Fejn tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta' statistika, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • psewdonimizzazzjoni

    “psewdonimizzazzjoni” tfisser l-ipproċessar ta' data personali b'tali mod li d-data personali ma tkunx tista' tibqa' tiġi attribwita għal suġġett tad-data speċifiku mingħajr l-użu ta' informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data personali ma tiġix attribwita għal persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

    Article 4, point (5)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…