Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VII Taqsima 3 Artikolu 75

Artikolu 75 · Segretarjat

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Il-Bord għandu segretarjat ipprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord u jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku.

Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jwettaq il-kompiti tal-Bord huwa soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal li jwettaq il-kompiti proprji tal-Kontrollur.

Is-segretarjat huwa responsabbli b’mod partikolari għal:

  • l-affarijiet ta’ kuljum tal-Bord;
  • il-komunikazzjoni;
  • it-traduzzjoni;
  • il-laqgħat; u
  • it-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni tat-testi li jadotta l-Bord.

It-test tal-Artikolu 75verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 75

Segretarjat

1.  
Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
2.  
Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
3.  
Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4.  
Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta' Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament.
5.  
Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
6.  

Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:

(a) 

għax-xogħol ta' kuljum tal-Bord;

(b) 

għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni;

(c) 

għall-komunikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku;

(d) 

għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;

(e) 

għat-traduzzjoni ta' informazzjoni rilevanti;

(f) 

għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord;

(g) 

għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 140 Il-Bord għandu jkollu l-għajnuna ta' segretarjat ipprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…