Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu V Artikolu 48

Artikolu 48 · Trasferimenti jew żvelar mhux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Trasferimenti lejn pajjiżi terzi

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Sentenza ta’ qorti jew tribunal, jew deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva, ta’ pajjiż terz li teħtieġ li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali tista’ tiġi rikonoxxuta jew infurzata bi kwalunkwe mod biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta’ assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni jew Stat Membru.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal raġunijiet oħra għat-trasferiment skont il-Kapitolu V.

Ordnijiet minn pajjiżi terzi Qorti jew tribunal, jew awtorità amministrattiva, ta’ pajjiż terz toħroġ sentenza jew deċiżjoni li tirrikjedi li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali. Din tista’ tkun rikonoxxuta jew infurzabbli b’xi mod biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta’ assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz li jagħmel it-talba u l-Unjoni jew Stat Membru. Raġunijiet oħra għat-trasferiment skont il-Kapitolu V jibqgħu disponibbli. qorti jew awtorità ta’ pajjiż terz jew kontrollur jew proċessur sentenza jew deċiżjoni Data personali jittrasferixxi jew jiżvela data personali rikonoxxuta jew infurzabbli biss jekk: ibbażata fuq ftehim internazzjonali bħal trattat ta’ assistenza legali reċiproka, fis-seħħ mal-Unjoni jew ma’ Stat Membru raġunijiet oħra għal trasferiment fil-Kap. V jibqgħu

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 48verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 48

Trasferimenti jew żvelar mhux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni

Kwalunkwe sentenza ta' qorti jew tribunal u kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz li jirrikjedu li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali ma jistgħu jkunu rikonoxxuti jew infurzabbli b'ebda mod ħlief jekk ikunu bbażati fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta' assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz li qed jagħmel it-talba u l-Unjoni jew Stat Membru, mingħajr preġudizzju għal raġunijiet oħra tat-trasferiment skont dan il-Kapitolu.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 115 Xi pajjiżi terzi jadottaw liġijiet, regolamenti u atti legali oħrajn li jkunu intenzjonati li jirregolaw…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…