Kapitolu VIII Artikolu 82
Artikolu 82 · Dritt għal kumpens u responsabbiltà
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Rimedji, responsabbiltà u multi
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Kull persuna li ġarrbet dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ ksur tar-Regolament għandha d-dritt li tirċievi kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur.
Kull kontrollur involut fl-ipproċessar huwa responsabbli għad-dannu kkawżat minn ipproċessar li jikser ir-Regolament; proċessur biss fejn ma jkunx ikkonforma mal-obbligi diretti speċifikament lejn il-proċessuri jew ikun aġixxa barra jew kontra l-istruzzjonijiet legali tal-kontrollur.
Kull wieħed minnhom huwa eżentat jekk jipprova li ma huwa bl-ebda mod responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu.
Fejn diversi jkunu responsabbli għal dannu fl-istess ipproċessar, kull wieħed huwa responsabbli għad-dannu kollu u, wara li jkun ħallas kumpens sħiħ, jista’ jitlob lura l-parti tal-oħrajn.
It-test tal-Artikolu 82verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 82
Dritt għal kumpens u responsabbiltà
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 146 Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkumpensa għal kwalunkwe dannu li tista' ssofri persuna b'riżultat…
- Premessa 147 Fejn, f'dan ir-Regolament, ikun hemm regoli speċifiċi dwar il-ġurisdizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)