Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VIII Artikolu 81

Artikolu 81 · Sospensjoni ta' proċedimenti

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Qorti kompetenti li jkollha informazzjoni dwar proċedimenti pendenti f’qorti ta’ Stat Membru ieħor dwar l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur għandha tikkuntattja lil dik il-qorti biex tikkonferma l-eżistenza tagħhom.

Kwalunkwe qorti kompetenti li ma tkunx l-ewwel qorti adita tista’ tissospendi l-proċedimenti tagħha jew, fejn dawn ikunu pendenti fl-ewwel istanza u fuq talba ta’ parti, tiddeklina l-ġurisdizzjoni jekk l-ewwel qorti adita jkollha ġurisdizzjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni.

It-test tal-Artikolu 81verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 81

Sospensjoni ta' proċedimenti

1.  
Fejn qorti kompetenti ta' Stat Membru jkollha informazzjoni dwar proċedimenti, li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, li huma pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti fl-Istat Membru l-ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta' tali proċedimenti.
2.  
Fejn proċedimenti li jikkonċernaw l-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar tal-istess kontrollur jew proċessur ikunu pendenti f'qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti kompetenti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel, tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha.
3.  
Fejn dawk il-proċedimenti jkunu pendenti quddiem qrati tal-prim'istanza, kwalunkwe qorti, ħlief il-qorti invokata l-ewwel tista' wkoll, mal-applikazzjoni ta' wieħed mill-partijiet, iċċedi l-ġurisdizzjoni jekk il-qorti invokata l-ewwel ikollha ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 144 Fejn qorti li quddiemha jibdew proċedimenti kontra deċiżjoni minn awtorità superviżorja jkollha raġuni biex…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • proċessur

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

    Article 4, point (8)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…