Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu III Taqsima 1 Artikolu 12

Artikolu 12 · Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Trasparenza u informazzjoni, Id-drittijiet tas-suġġett tad-data, Minorenni

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe komunikazzjoni skont l-Artikoli 15 sa 22 u 34 f’forma konċiża, trasparenti, li tinftiehem u faċilment aċċessibbli, b’lingwaġġ ċar u sempliċi, mingħajr ħlas.

Għandu jinforma lis-suġġett tad-data bl-azzjoni meħuda fuq talba skont l-Artikoli 15 sa 22 mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar, perjodu li jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra fejn meħtieġ, b’kont meħud tal-kumplessità u tan-numru tat-talbiet.

Jekk ma jieħux azzjoni, għandu jgħid għaliex fi żmien xahar u jsemmi l-possibbiltà ta’ lment u ta’ rimedju ġudizzjarju.

Biss għal talbiet manifestament infondati jew eċċessivi, karattru li huwa għandu juri, jista’ jitlob tariffa raġonevoli jew jirrifjuta li jaġixxi.

Id-drittijiet tas-suġġett tad-data Tmien kaxxi, waħda għal kull dritt tas-suġġett tad-data fil-Kapitolu III, bl-artikolu tiegħu: informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur (l-Artikoli 13 u 14), aċċess (l-Artikolu 15), rettifika (l-Artikolu 16), tħassir (l-Artikolu 17), restrizzjoni tal-ipproċessar (l-Artikolu 18), portabbiltà tad-data (l-Artikolu 20), id-dritt ta’ oġġezzjoni (l-Artikolu 21) u d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni bbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profil, li tipproduċi effetti legali jew taffettwa b’mod sinifikanti simili lis-suġġett tad-data (l-Artikolu 22). Kull dritt japplika bil-kondizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet tal-artikolu tiegħu. id-drittijiet tas-suġġett tad-data informazzjoni Art. 13, 14 aċċess Art. 15 rettifika Art. 16 tħassir Art. 17 restrizzjoni tal- ipproċessar Art. 18 portabbiltà tad-data Art. 20 oġġezzjoni Art. 21 deċiżjonijiet unikament awtomatizzati Art. 22
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt għall-informazzjoni, għall-aċċess, għar-rettifika, għat-tħassir, għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, għall-portabbiltà tad-data u li joġġezzjona, u d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjonijiet unikament awtomatizzati, kull wieħed bil-kondizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet tiegħu. L-att fi stampi
Tweġiba għal talba Is-suġġett tad-data jibgħat talba lill-kontrollur; il-kontrollur jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba, mingħajr ħlas. Fejn meħtieġ, b’kont tal-kumplessità u tan-numru tat-talbiet, il-kontrollur jista’ jestendi l-perijodu b’xahrejn oħra, u għandu jinforma lis-suġġett tad-data bl-estensjoni u bir-raġunijiet fi żmien xahar. Jekk talba tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva, il-kontrollur jista’ jimponi ħlas raġonevoli jew jirrifjuta li jieħu azzjoni; il-kontrollur għandu juri dik in-natura. Jekk ma jiħux azzjoni, għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu fi żmien xahar u jsemmi l-ilment u r-rimedju ġudizzjarju. suġġett tad-data kontrollur talba azzjoni meħuda fi żmien xahar mingħajr ħlas jekk: meħtieġ, b’kont tal-kumplessità u n-numru jista’ xahrejn oħra jekk: manifestament bla bażi jew eċċessiva jista’: ħlas raġonevoli jew jirrifjuta il-kontrollur għandu juri dan

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 12verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 12

Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data

1.  
Il-kontrollur għandu jieħu miżuri adatti biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe komunikazzjoni skont l-Artikoli 15 sa 22 u 34 relatata mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f'forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, b'mod partikolari għal kwalunkwe informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub, jew b'mezzi oħra, inkluż, fejn xieraq, b'mezzi elettroniċi. Meta tintalab mis-suġġett tad-data, l-informazzjoni tista' tingħata bil-fomm dment li tingħata prova tal-identità tas-suġġett tad-data b'mezzi oħra.
2.  
Il-kontrollur għandu jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont l-Artikoli 15 sa 22. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), il-kontrollur ma għandux jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikoli 15 sa 22, ħlief jekk il-kontrollur juri li huwa ma jkunx f'pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data.
3.  
Il-kontrollur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq talba skont l-Artikoli 15 sa 22 lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż b' xahrejn oħra fejn meħtieġ, b'kont dovut tal-kumplessità u n-numru ta' talbiet. Il-kontrollur għandu jinforma s-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Fejn is-suġġett tad-data jagħmel it-talba b'mezzi f'forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'mezzi elettroniċi, fejn ikun possibbli, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data.
4.  
Jekk il-kontrollur ma jiħux azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba bir-raġunijiet għalfejn ma jkunx ħa azzjoni u dwar il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.
5.  

L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe azzjoni skont l-Artikoli 15 sa 22 u 34 għandhom jingħataw mingħajr ħlas. Fejn it-talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b'mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista' jew:

(a) 

jimponi ħlas raġonevoli waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi talli jipprovdi l-informazzjoni jew il-komunikazzjoni jew talli jieħu l-azzjoni mitluba; jew

(b) 

jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba.

Il-kontrollur għandu jerfa' r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament mingħajr bażi jew eċċessiva tat-talba.

6.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, fejn il-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tal-persuna fiżika li tagħmel it-talba msemmija fl-Artikoli 15 sa 21, il-kontrollur jista' jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-identità tas-suġġett tad-data.
7.  
L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 13 u 14 tista' tingħata flimkien ma' ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ipproċessar intenzjonat b'mod li jidher faċilment, li jinftiehem u li jinqara sew. Fejn l-ikoni jkunu ppreżentati b'mod elettroniku, dawn għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.
8.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 92 għall-finijiet li tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata permezz tal-ikoni u l-proċeduri għall-għoti ta' ikoni standardizzati.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 58 Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni indirizzata lill-pubbliku jew lis-suġġett…
  • Premessa 59 Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mis-suġġett tad-data tad-drittijiet…
  • Premessa 60 Il-prinċipji ta' pproċessar ġust u trasparenti jeħtieġu li s-suġġett tad-data jkun informat bl-eżistenza…
  • Premessa 64 Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta' suġġett tad-data li…
  • Premessa 166 Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…